B’żewġ gowls f’kull taqsima, Hibernians FC bdew l-istaġun 2023 / 2024 b’rebħa komda ta’ 4 -0 fuq Gżira United fit-tieni partita tas-Sibt filgħaxija bil-Gżirjani jilgħabu t-tieni taqsima kollha b’plejer anqas.
Il-bidu kien wieħed inkoraġanti hekk kif iż-żewġ timijiet ħarġu ferm aggressivi b’Hibernians bl-inizjattiva wara biss żewġ minuti fejn konklużjoni ta’ De Souza għaddiet barra.
Jurgen Degabrielle t-tanta xortiħ fit-tmien minuta żda x-xutt tiegħu mar għoli kif filfatt għamel Bjorn Kristensen fl-14 il-minuta żda hawnhekk David Cassar tajjar il-periklu.
L-ewwel azzjoni ta’ Gżira waslet mal-kwarta logħob meta f’azzjoni ta’ kontra attakk Kone salva darbtejn tentattivi ta’ Teixeira u Ribeiro de Oliveira.
Hibernians fetħu l-iskor fl-14 minuta meta Antwi ta’ Hibernians irnexxilu jagħdi numru ta’ plejers qabel qassam lejn Bastianos li b’xutt b’saħtu għamel l-iskor 1 – 0.
Fil-37 minuta t-tim minn Raħal Ġdid għamilhom tnejn b’xejn meta minn azzjoni ta’ free-kick, l-Maroons pruvaw jikklerjaw iżda Ayrton Attard spara fix-xibka għal 2 – 0.
Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima Hibernians għal ftit ma’ għamluhomx tlieta iżda l-konklużjoni ta’ Antwi stampat mal-minduda. Eżatt qabel il-mistrieħ, Gżira spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa l-captain Zach Scerri b’karta ħamra diretta mir-referee Ishamel Barbara.
Hibernians komplew fuq lis-stess andament għaliex wara ftit sekondi mill-ftuħ tat-tieni taqsima Jurgen Degabrielle b’xutt tipiku għamel l-iskor 3 – 0 biex minn hawn il-quddiem kollox kien għat-tela għal Gżira.
Ir-reazzjoni ta’ Gżira ma’ waslitx anzi kienu Hibernians li komplew jiddettaw il-logħob u ma’ kważi siegħa logħob l-attakant internazzjonali Malti Jurgen Degabrielle għaqqad doppjetta għal 4 – 0.
Minn hawn il-quddiem il-partita kienet formalita b’Hibernians jamminsitraw l-partita.
Referee: Ishamel Barbara
BOV Plejer tal-Logħba: Jurgen Degabrielle (Hibernians)