Matul ix-xahar ta’ Settembru fl-Università ta’ Malta ttella’ bootcamp Xploring Intelligence għall-istudenti ta’ bejn is-seba’ u d-disa’ sena, fejn l-istudenti ġew mgħallma l-proċessi u l-ħidma li hemm wara l-iżvilupp ta’ teknoloġija partikolari.
Wara s-suċċess ta’ din is-sena, din l-inizjattiva se tkun qed terġa’ tittella’ s-sena d-dieħla.
Din l-inizjattiva ttellgħet permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA), Tech.mt u l-eSkills Foundation, il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u l-Università ta’ Malta.
Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li llum ħajjitna hija mdawra bit-teknoloġija u minn xħin inqumu sa ma’ norqdu nkunu mdawrin u nkunu qed nużaw xi forma jew oħra ta’ apparat teknoloġiku.
Il-Pro Rettur tal-Università ta’ Malta l-Professur Frank Bezzina qal li din il-kollaborazzjoni, sabiex jiġi organizzat dan il-bootcamp, hija pass fid-direzzjoni t-tajba biex noħolqu futur b’aktar teknoloġija avvanzata.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA Kenneth Brincat emfasizza fuq l-importanza li l-għarfien fuq it-teknoloġiji emerġenti jibda minn età żgħira u inizjattivi bħal dan il-bootcamp jindirizzaw proprju dan.