Matul is-sena 2016, ġew irreġistrati erba’ każijiet ta’ omiċidju li ħallew erba’ vittmi. Il-vittmi kienu tlieta Maltin, żewġ nisa u raġel u r-raba’ vittma kien raġel ta’ nazzjonalità barranija.
Minn dawn il-każijiet, tleita ġew solvuti u fir-rigward tal-każ l-ieħor l-investigazzjoni għadha għaddejha.
Barra minn dan, ġie rreġistrat każ ieħor fejn persuna tas-sess maskili sfat vittma ta’ splużjoni fil-vettura tagħha. Dwar dan il-każ għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet biex ikun stabbilit jekk dan il-każ, kienx każ ta’ omiċidju jew le.
Din l-informazzjoni ħarġet wara li għadd ta’ mistoqsiji mid-deputat Anthony Agius Decelis lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela.