Bdew ix-xogħlijiet fuq l-aħħar fażi tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Tas-Sliema, il-Gżira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Infrastructure Malta tinsab impenjata biex it-triq tkun mill-ġdid aċċessibbli għall-vetturi fil-25 ta’ Settembru, qabel il-bidu ta’ sena skolastika.
Bejn il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru u l-bidu tal-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, it-triq minn kantuniera ma’ Triq il-Madonna Tal-Ġebla sa Kantuniera ma’ Triq D’Argens, il-Gżira ser tkun magħluqa miż-żewġ naħat.
L-aġenzija Infrastructure Malta ħeġġet lis-sewwieqa jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel u jużaw rotta alternattiva minn Triq San Albert jew Triq Reggie Miller, il-Gżira.