Fis-sigħat li għaddew il-klabb ta’ Melita preżentaw l-iskwadra tagħhom li biha se jkunu qed jikkompettu fic-Challenge League matul l-istaġun 2023 / 2024.
Fid-diskors tiegħu l-President tal-klabb Matthew Naudi sostna li l-ambizzjoni prinċipali għal dan l-istaġun hija l-promozzjoni għal Kampjonat Premier filwaqt li jinżammu taħt kontroll il-finanzi tal-klabb.
Fiċ-ċentru tal-filosofija tal-klabb hemm l-żvilupp ta’ aktar plejers kif filfatt dejjem kienet tant li matul din is-sena 22 plejer minn 29 huma kollha prodott tal-stess nursery ta’ Melita FC.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie preżentat il-kowċ il-ġdid tal-klabb Clive Mizzi flimkien mad-direttur tekniku Neil Zarb Cousin li f’idejħ għandu wkoll ir-responsabilita tan-nursery tal-klabb.
Fil-jiem li għaddew, bħala parti mill-preparamenti għal istaġun il-ġdid, Melita FC lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra Palermo liema konfront intlagħab fi Stadio Renzo Barbera quddiem attendenza ta’ xejn anqas minn 10,000 partitarju.
Melita FC jiftħu l-impenji tagħhom il-Ħadd 17 ta’ Settembru fic-Centenary Stadium fil-18.00 kontra Tarxien Rainbows.