Hekk kif ninsabu biss jiem il-bogħod mil-bidu ta’staġun ġdid, l-Erbgħa filgħodu Santa Lucia FC preżentaw lis-staff l-ġdid tagħhom għal istaġun 2023 /2024.
Indirizzaw il-konferenza tal-aħbarijiet l-President ta’ Santa Lucia FC Robert Micallef, l-kowċ tat-tim Alessandro Zinnari, l-captain Jurgen Pisani u l-vici captain Steve Pisani.
Fid-diskors tiegħu Micallef beda billi qal li dan l-istaġun ser ikun ferm diffiċli għal klabbs kollha dan hekk kif din s-sena ser ikunu qed jiġu relegati erba timijiet.
Micallef semma kif mat-tmiem tal-istaġun hu flimkien ma’ sħabu fit-tmexxija bdew jħarsu lejn x’tip ta investiment u xogħol kien hemm bżonn jsir biex dan l-istaġun jkun ferm aħjar minn dawk passata. Il-President ta’ Santa Lucia sostna li l-ewwel għan kien li l-klabb jkollu staff tekniku li mhux biss jmexxi lit-tim f’dan l-istaġun, iżda għal fit-tul. L-skop huwa li ma jsirx progress fl-skwadra tal-kbar biss iżda anke fis-settur ġovanili.
It-tim tekiniku ta’ Santa Lucia FC ser ikun kompost minn:-
Alessandro Zinnari (kowċ), Alessandro Longo (assistent kowċ), Brian Bartolo (UEFA A Coach), Jonathan Mallia (Team Manager), Matthew Farrugia (Kowċ tal-gowlers), Andrew Pace (preparatur fiżiku), David Mamo (fiżjoterapista) u Dotine Deguara (Kit Manager).
Micallef tkellem dwar l-akkwisti li saru f’dan s-sajf fejn kienu akkwistati xejn anqas minn sittax il-plejer li jvarjaw bejn plejers żagħżagħ u dawk ta’ esperjenza. Il-punt tat-tluq f’dan l-istaġun ser ikun li fost l-skwadra tas-Santa Lucia jkunu utilizatti diversi plejers żagħżagħ.
Finalment Micallef tkellem dwar l-proġett Ludos Park li jinsab fl-aħħar fażi ta’ pjannar tiegħu fejn l-applikazzjonijiet mistennija li jkunu konklużjoni sa tmiem din-sena biex eventwalment wara jibda x-xogħol li mistenni jieħu bejn sentejn u tlett snin.
Il-kowċ Alessandro Zinnari tkellem dwar d-diversi plejers Maltin li akkwista l-klabb li jinsabu jħabbtu l-bieb tat-tim nazzjonali kif wkoll l-plejers barranin li għażlu bir-reqqa bit-tama’ li jkunu wkoll pedini mportanti fl-skwadra tat-tim.
Waqt il-konferenza tkellmu l-captain Jurgen Pisani u anke l-viċi captain Steve Pisani fejn spjegaw x’kienu il-preparamenti għal dan l-istaġun.
Lejn t-tmiem l-President Robert Micallef appella biex d-diskussjonijiet bejn l-MFA u MPL joħorġu l-frott mixtieq dan sabiex l-Kampjonat jkun ikkumerċjalizzat.
Finalment ġew irringrazzjati l-sponsors fosthom MultiVend Services Ltd. / Avanza Training Academy / Elmo Insurance / Levissima / Capelli Sport / RS Construction / Maddalena Pharmacy u Vikings Yellow Army.