Xufier tal-mutur ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall- ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 77 sena, residenti s-Siġġiewi.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku,fejn umbgħad ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.