Il-kap tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un, vjaġġa lejn Vladivostok fir-Russja għal taħdidiet mal-President Russu Vladimir Putin, permezz ta’ ferrovija bullet-proof.
L-Istati Uniti temmen li r-Russja trid lill-Korea ta’ Fuq tbigħ l-armi tagħha, biex jintużaw għall-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Kremlin ikkonferma din il-laqgħa, dwar sfidi globali u reġjonali.
Diversi analistiċi politiċi qalu li din il-laqgħa, nibtet minn laqgħa li kellu l-Ministru għad-Difiża Russu, Sergei Shoigu, f’Pyongyang, f’Lulju, fejn ra l-armi tal-Korea ta’ Fuq.
Dan hija l-ewwel żjara ta’ Kim Jong Un barra l-pajjiż f’erba’ snin.
Iż-żewġ mexxejja iltaqgħu l-aħħar fl-2019.