Somalu ta’ 34 sena, residenti Birkirkara, qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li nqeleb bil-karozza tiegħu, tat-tip Toyota Yaris.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, fi Triq il-Wied, l-Iklin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, żewġ vetturi li kienu pparkjati ġarrbu xi ħsarat.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.