Quddiem ġemgħa żgħira ta’ nies quddiem il-Parlament, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech indirizza protesta, fost ħafna għajjat u kliem aggressiv jixbah lil dak ta’ Simon Busuttil.
Bi protesta ddettata mill-establishment Nazzjonalista dwar allegat abbużi fl-għoti ta’ benefiċċji soċjali, allegat abbużi li fuqhom diġà tressqu u qed jittresqu n-nies il-Qorti wara li anki kien l-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru li rrapporta lill-Pulizija kif identifika każijiet suspettużi, Bernard Grech qal li hu jrid iqaċċat lin-nies mill-poter u se jmexxi politika li tqanqal il-muntanji.
Preżenti għall-protesta kien hemm esponenti ewlenin tal-establishment u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, dawk qrib l-għaqda Repubblika.
Dawn kienu ewlenin fosthom Jason Azzopardi li anki attakka lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali David Agius wara li Agius laqa’ permezz ta’ stqarrija l-ħatra ta’ bord li se jevalwa s-sistemi fl-għoti tal-benefiċċji soċjali.
Waqt id-diskors isteriku tiegħu quddiem il-partitarju tiegħu, Grech kompla bl-istess vena negattiva jattakka lill-Prim Ministru u lill-istituzzjonijiet.
Huwa infexx bl-istess tattiċi ta’ Simon Busuttil u li reġa’ qabad il-Partit Nazzjonalista dan l-aħħar dwar skontu xiri ta’ voti tal-elezzjonijiet.
Allegazzjonijiet li ġew mgiddba b’ċaħdiet kategoriċi.
Fil-fatt l-elezzjonijiet f’Malta huma regolati, skont il-Kostituzzjoni, mill-Kummissjoni Elettorali, li fuqha hemm ir-rappreżentanti tal-partiti politiċi, fosthom anki tal-Partit Nazzjonalista waqt li dawn jiġu osservati wkoll minn osservaturi ta’ istituzzjonijiet internazzjonali.
AQRA AKTAR: