Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq San Tumas, il-Fgura.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel mill-Pakistan ta’ 31 sena residenti Santa Venera.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.