Raġel ta’ 39 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li t-Tnejn li għadda seraq minn ħanut tal-merċa fl-inħawi ta’ Gwardamanġa, f’Tal-Pietà.
Frankie Bugeja tressaq il-Qorti, il-Ħadd filgħodu hekk kif il-Qorti fetaħ b’urġenza u saħansitra deher jagħmel mossi indiċenti lill-midja huwa u dieħel fil-binja.
Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo, Bugeja ġie mixli li kellu arma fuqu u li tul is-serqa żamm ukoll 3 persuni kontra l-volontà tagħhom. Dan filwaqt li hedded ukoll mara ġewwa ċ-Ċentru tad-Detox fi Gwardamanġa stess. Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest filwaqt kien riċediv fost oħrajn.
L-imputat filwaqt li spjega li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
F’dan l-istadju ma ntalbitx talba għall-ħelsien mill-arrest u b’hekk Bugeja baqa’ jinżamm arrestat.