Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li sal-bieraħ filgħaxija kien hemm 27 Malti li bħalissa jinsabu fil-belt ta’ Marrakech jew fir-reġjuni l-aktar milquta mit-terremot qawwi li seħħ ilbieraħ.
Fortunatament, ħadd minn dawn il-persuni ma weġġa’ u li jinsabu siguri.
Il-Ministeru qal li ħafna minn dawn il-Maltin ivvaġġjaw f’parti oħra tal-Marokk.
Intqal li oħrajn mistennija jitilqu minn dan ir-reġjun bejn illum sa nhar l-Erbgħa li ġej.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li jinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet Marokkini biex pajjiżna jipprovdi għajnuna umanitarji lil dawn ir-reġjun affettwati.
Ġie appellat ukoll li dawk il-Maltin li mistennija jsiefru lejn il-Marokk ma jmorrux lejn iż-żoni affettwati minn dan it-terremot.