Żagħżugħ ta’ 25 sena u tfajla ta’ 24 sena spiċċaw l-isptar wara li laqtithom karozza f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq is-Santwarju.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni li joqgħod iż-Żejtun u t-tfajla residenti Ħaż-Żabbar ntlaqtu minn Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa.
Iż-żewġ żgħażagħ ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza.
Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.