Raġel ta’ 37 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’għalqa fl-inħawi ta’ Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet f’għalqa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xoħgol fuq saqaf ta’ kamra bil-konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud kien infurmat u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.