L-Oppożizzjoni jew tgħaddi tagħha jew tipprova tkisser l-istituzzjonijiet.
Innota dan il-Partit Laburista fi stqarrija, bi tweġiba stqarrija tal-Partit Nazzjonalista li qalet li l-Kummissarju għall-Istandars not fit for purpose.
Il-Partit Laburista tenna li meta l-istituzzjonijiet jiddeċiedu kif irid il-Partit Nazzjonalista, erħilha tikkwotawhom biex tattakka politikament.
Ġie nnutat li meta ma jiddeċidux eżatt kif trid hi, tuża tattiċi maħsuba biex jagħmlu pressjoni fuq il-persuna li tokkupa l-istituzzjoni biex eventwalment tagħmlel kif trid hi.
“Hekk jagħmel il-Partit Nazzjonalista u hekk jagħmel l-establishment li jmexxih. Mhux biss kontra l-Kummissarju tal-Istandards, iżda kontra l-istituzzjonijiet kollha”, qal il-Partit Laburista.
“Il-Partit Laburista jesiġi li dawn l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħlhom biss skont il-liġi u mhux skont il-pressjoni tal-establishment li jaħseb li l-pajjiż qiegħed hemm biex jaqdi lilu”, temm jgħid il-Partit Laburista.