Il-Marokk intlaqat minn terremot qawwi, li huwa maħsub li kellu qawwa ta’ 6.8 fuq l-iskala Richter.
Dan it-terremot, li seħħ ilbieraħ filgħaxija, ġarraf il-bini fil-villaġġ tal-muntanji Atlas u anki l-belt storika ta’ Marrakech.
Il-midja internazzjonali rrapportat li madwar żewġ miljun dar ġew imġarfa f’dan it-terremot, bi bliet spiċċaw bla dawl u servizzi bażiċi, hekk kif anki l-infrastruttura nqerdet.
Dan filwaqt li l-Ministeru għall-Intern Marokkin, dalgħodu, qal li b’dan it-terremot inqatlu aktar minn elf persuna, waqt li mijiet oħra ta’ persuna huma midruba.