Għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart, Indjan ta’ 21 sena li joqgħod Ħal Qormi weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel li kien qed isuq mutur Kymco ħabat ma’ Volvo XC60 misjuq minn mara ta’ 57 sena residenti Tas-Sliema.
L-indjan kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.