It-8 ta’ Settembru fis-7:30 ta’ filgħaxija, ħin ta’ Malta, il-Palazz ta’ Buckingham ħabbar il-mewt tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, fl-età ta’ sitta u disgħin sena.
L-istqarrija mill-familja Rjali twaħħlet mar-rixtellu tal-Palazz, waqt li l-Union Jack tniżżlet mezz’asta.
Fi ftit ħin, l-aħbar inxterdet madwar id-dinja kollha, fejn fir-Renju Unit beda jiem ta’ luttu nazzjonali.
Eluf ta’ nies inġabru quddiem dan il-Palazz fejn poġġew il-fjuri.
Ir-Reġina Eliżabetta kienet ilha fit-tron għal sebgħin sena, l-iżjed Kap tal-Monarkija Brittanika li damet f’dan l-irwol.
Ftit tal-ħin wara tħabbar li l-eredi tat-tron Karlu ħa l-isem ta’ Karlu Tlieta, b’William isir issa l-eredi tat-torn.
Jumejn wara, tlaqqa’ l-Accession Council, fejn hawnhekk ir-Re Karlu Tlieta ġie proklamat bħala Re.
Fir-Renju Unit kien hemm jiem sħaħ ta’ luttu nazzjonali, bil-funeral sar fid-19 ta’ Settembru, b’dan ġibed l-attenzjoni tad-dinja kollha.
It-telfa tal-aktar Kap tal-Monarkija li damet fl-istorja tal-familja Rjali, fisser li nbidel l-innu nazzjonali għal ‘God Save the King’ u anke dan se jwassal biex jinbidlu l-flus ta’ dan il-pajjiż.
Kien imbagħad fil-bidu ta’ Mejju li għadda, meta Karlu ġie inkurunat bħala Re tar-Renju Unit.
Ir-Reġina Eliżabetta għal perjodu ta’ tliet snin għexet f’Malta, minħabba li r-raġel tagħha, il-Prinċep Filippu kien stazzjonat f’pajjiżna.
Hija kienet ukoll ir-Reġina ta’ Malta bejn l-1964 u l-1974, sakemm Malta saret Repubblika.