Siġġiewi se jkunu qed jieħdu sehem għal darb’oħra fir-Regatta tal-Vitorja, din id-darba b’team ikbar u fil-kategoriji kollha. Minkejja li dan il-klabb huwa isem ġdid f’dan l-isport, id-determinazjoni hija waħda kbira. Dan wassal sabiex għall-edizzjoni li jmiss tar-Regatta tal-Vitorja jkollhom żieda fin-numru ta’ qaddiefa parteċipanti.
Il-klabb ta’ Siġġiewi se jkollu bosta qaddiefa li ma humiex mill-inħawi tal-Port il-Kbir. Qaddiefa li huma tal-klabb u li resqu lejn dan l-isport f’dawn l-aħħar snin. Magħhom hemm qaddiefa veterani kif ukoll oħrajn ġodda.
L-uniku tiġrijiet fejn Siġġiewi jidher li mhux se jieħdu sehem huma dawk tal-Frejgatini minħabba l-fatt li l-Frejgatina tal-klabb tinsab għat-tiswija.
Dawn huma l-qaddiefa kolha li Siġġiewi se jkollhom f’Kategorija A:
Tal-Midalji: Byron Falzon, Anthony Viacava, Benjamin Abela u Christian Frendo.
Ta’ bi Tnejn: Gerald Micallef u Benjamin Abela.
Kajjikki: Ivan Cassar u Kurt Cassar.
Ta’ b’Erbgħa: Byron Falzon, Gordon Bonnici, Wayne Cassar u Kieran Bonnici.
Dawn huma l-crews f’Kategorija B:
Ta’ bi Tnejn: Gerald Micallef u Jean Pierre Debono
Kajjikki: Joseph Grima u Kurt Cassar.
Tal-Midalji: Ivan Cassar, Joseph Grima, Kurt Cassar u Kieran Bonnici
Ta’ b’Erbgħa: Anthony Viacava, Eman Pisani, Jean Pierre Debono u Kieran Bonnici.
Nieqes mit-team ta’ qaddiefa ta’ Siġġiewi se jkun hemm il-para atleta Kurt Farrugia. Huwa kien qed jistenna bil-ħerqa li jerġa jieħu sehem fit-tieni regatta tiegħu wara li f’Marzu li għadda kien l-ewwel para atleta li qatt ħa sehem fir-regatta. Farrugia kien qed jitħarreġ ukoll għar-Regatta tal-Vitorja iżda minħabba operazzjoni li se jkun qed jagħmel fil-ġranet li ġejjien mhux se jkun possibli li jikkompeti.
Farrugia kien beda jitharreġ fir-regatta f’Ġunju tas-sena 2022 u minn hemm ‘il quddiem ma ħares qatt lura. Aktar kmieni din is-sena mar anke Varese l-Italja għal taħriġ fil-para rowing u kkompeta fir-regatta internazzjonali ta’ Gavirate.
Il-president ta’ Siġġiewi Rowing Clubb il-Professur Joseph Grima qal li n-nuqqas ta’ Kurt Farrugia se jinħass sew pero xorta se jkun magħhom fl-ispirtu.
Ir-Regatta tal-Vitorja se ssir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fin-12:30.