Raġel ġie arrestat fil-kapitali tar-Rwanda, Kigali, wara li aktar minn għaxar katavri nstabu f’ħofra fil-kċina tiegħu.
Rapporti fil-midja lokali ddeskrivew lir-raġel ta’ 34 sena bħala serial killer, li kien jieħu lill-vittmi tiegħu d-dar wara li jsir jafhom f’bars.
S’issa n-numru ta’ vittmi jlaħħaq l-erbatax, minkejja li nstabu biss għaxar iġsma, waqt li l-bqija aktarx iddewbu fl-aċtu.
In-numru totali ta’ vittmi, għandu jiġi determinat wara eżamijiet forensiċi.
Is-suspettat kien ġie arrestat f’Lulju li għadda, minħabba allegat involviment f’serqa u stupru, iżda kien ingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba nuqqas ta’ provi.
Hu qal li tgħallem joqtol billi kien isegwi qattiela famużi u wara li studja lill-vittmi tiegħu sew u kien jagħżilhom partikolarment għax ma kellhomx qraba li jistgħu jfittxuhom jekk jiġu nieqsa.