Pedro Augusto Charret, ta’ 32 sena mill-Brażil ġie kkundannat tmien snin ħabs wara li sentejn ilu daħħal tliet kilogrammi kannabis.
Charret ġie arrestat fl-Ajruport f’Ġunju wara li wasal minn titjira minn Barċelona, Spanja. Fuqu instabet id-droga moħbija fil-bagalja.
Hu kien akkużat b’importazzjoni u pussess tal-kannabis.
Charret ammetta l-akkużi u ġie mmultat ħamsa u għoxrin elf ewro barra s-sentenza ta’ priġunerija effettiva, filwaqt li kellu l-assi tiegħu kkonfiskati mill-Qorti, ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.