Yachting Malta ħabbret li pajjiżna se jkun parti mill-avveniment prestiġġjuż tal-Cannes Yachting Festival li se jsir bejn it-12 u s-17 ta’ Settembru f’Cannes, Franza.
Yachting Malta, se jkollha stand bin-numru 28 ġewwa il-Palais des Festivals, fejn preżenti se jkun hemm ukoll l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Malta Ship Registry u s-Super Yacht Industry Network.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta Michael Mifsud qal li dan l-avveniment se joffri pjattaforma eċċezzjonali biex jintroduċu l-filosofija u l-valuri ta’ Yachting Malta għal udjenza internazzjonali.
Huwa kompla jgħid li dan l-avveniment se jiżviluppa l-potenzjal li pajjiżna għandu bħala destinazzjoni tal-jottijiet.
Dan l-avveniment mistenni jkompli jitfa’ isem pajjiżna fl-isport tal-ibburdjar filwaqt li jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni tul is-sena kollha għall-avvenimenti tal-jottijiet kif ukoll turi r-reġistru tal-vapuri tagħha, li hu wieħed mir-reġistri l-aktar rispettati fid-dinja, u li hu s-sitt l-akbar reġistru tal-bastimenti fid-dinja.
Ritratt ta’ barra: Affinity Group