Gowl fl-aħħar mumenti tal-partita kien biżżejjed biex it-tim femminili ta’ Birkirkara FC għelbu lil Breznica tal-Montenegro 1 – 0 fil-grupp preliminari tal-UEFA Women’s Champion League, f’partita li kienet parti minn format ġdid ta’ din il-kompetizzjoni.
Is-sodisfazzjoni għal Karkariżi kien doppju għaliex irnexxilhom jikkontrollaw lill-avversarji anke meta kienu qed jilgħabu b’plejer anqas. Filfatt Alycia Sultana tkeċċiet fil-71 minuta biex l-stripes lagħbu għal iżjed minn 20 minuta b’plejer anqas.
Il-gowl tar-rebħa ġie skurjat mill-akkwist il-ġdid Edith Garcia Valera preċiżament fil-92 minuta meta b’xutt fil-baxx irnexxila ssib ix-xibka avversarja.
Din ir-rebħa kienet tfisser li issa Birkirkara FC jilgħabu kontra Zurich tal-Iżvizzera f’pajjiżna f’partita deċiżiva għall-kwalifikazzjoni tal-fażi li jmiss.
Birkirkara FC kontra Zurich FC, is-Sibt 9 ta’ Settembru fil-18.00 fic-Centenary Stadium.