L-ammont ta’ kontravenzjonijiet waqt l-ispezzjonijiet estensivi li wettqet Transport Malta fit-toroq tul ix-xahar t’Awwissu li għadda, laħħaq l-1,729.
Bil-għan li tiżdied is-sigurtà u l-protezzjoni fil-komunitajiet lokali, anke permezz tal-konformità mar-regolamenti tat-traffiku u l-iżgurar tal-benesseri tal-utenti kollha tat-triq, l-awtorità tal-Gvern issoktat bi spezzjonijiet rigorużi f’diversi żoni fil-pajjiż.
Dawn l-1,729 kontravenzjoni, jinkludu jinkludu 278 multa amministrattiva u 1,451 każ li ġew riferuti lit-Tribunali Lokali.
Fi stqarrija minn Transport Malta, ingħad li l-Kap Eżekuttiv Jonathan Borg iddikjara b’fiduċja li dan in-numru jirrifletti l-impenn għal toroq aktar siguri.
Id-Direttur għall-Inforzar fi ħdan Transport Malta, Patrick Pollacco, qal li spezzjonijiet bħal dawn isiru bil-ħsieb li jnaqqsu r-riskju ta’ aċċidenti, filwaqt li jippromwovu imġieba responsabbli fit-toroq.
Sadanittant tħabbar li l-awtorità se tkompli tinforza r-regolamenti tas-sigurtà fit-toroq, timplimenta miżuri u teduka lill-pubbliku fejn meħtieġ dwar drawwiet ta’ sewqan responsabbli.
Dan biex tiżgura sistemi ta’ trasport siguri, effiċjenti u sostenibbli.