Il-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jaqta’ xi benefiċċju lil min ikun ħaqqu.
Qal dan il-Ministru Michael Falzon waqt li kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsijiet dirett waqt il-bulettin tal-aħbarjiet ta’ ONE News.
Il-Ministru Falzon fakkar li dan il-Gvern mhux biss żied il-benefiċċju sal-livell ta’ Paga Minima netta, imma twessa’ l-mekkaniżmu biex jidħlu aktar nies.
Hawn il-Ministru fakkar li fl-elfejn, tnejn u għoxrin, is-sena tal-elezzjoni ġenerali, rat l-inqas ammont ta’ persuni li jieħdu dan il-benefiċċju partikolari, fejn kien hemm inqas minn tlett elef persuna. Meta din iċ-ċifri tiġi mqabbla mal-elfejn u sitta, fi żmien Gvern Nazzjonalista, hu qal li l-ammont kien it-tripplu aktar li kellhom dan il-benefiċċju.
Sadanittant il-Ministru Falzon ta rendikont ukoll tal-ħidma li qed tagħmel is-sezzjoni fil-Ministeru li tara li ma jkunx hemm abbużi minn dawk li jieħdu l-benefiċċji soċjali.
Il-Ministru serraħ ras in-nies li dan id-dipartiment qiegħed hemm għal kulħadd u spjega li l-għan tal-Gvern hu li jtejjeb il-ħajja tas-soċjetà Maltija, partikolarment dawk vulnerabbli.