Kanadiż ta’ 22 sena, wieġeb mhux ħati li qatel familja Musulmana, permezz tal-vettura tiegħu, fil-Kanada stess.
Nathaniel Veltman, qed jiġi akkużat, li minħabba t-twemmin tagħhom, intenzjonalment, tajjar lill-familja fl-2021.
B’rabta ma’ dan, bdiet is-selezzjoni tal-ġurati, għall-ġuri.
Intqal li fil-Qorti, iż-żagħżugħ, baqa’ kwiet.
Fost l-akkużi li hu mixli bihom, huwa mixli b’akkużi ta’ terroriżmu.
Salman Afzaal, ta’ 46 sena, martu Madiha Salman, ta’ 44 sena, binthom Yumna Afzaal, ta’ 15-il sena u omm ir-raġel, Talat Afzaal, ta’ 74 sena, inqatlu waqt mixja.
Dan filwaqt li iben il-koppja, li għandu disa’ snin, kien qed jissielet għal ħajtu għal xi żmien.
Il-koppja kienu emigraw mill-Pakistan, bit-tama ta’ ħajja aħjar.
Veltman, ġie arrestat ftit tal-ħin wara li seħħ il-każ, fejn Moskea, li kienet tiffrekwenta l-familja.