Fl-Ingilterra t-temperaturi mistennija jitilgħu għal 32 grad Celsius fil-jumejn li ġejjin, tant li nħarġet twissija oranġjo fil-maġġoranza tal-pajjiż, minbarra l-Grigal fejn it-twissija hi safra.
B’reazzjoni għal dan, l-Aġenzija tas-Saħħa u s-Sigurtà fir-Renju Unit qal li mistennija jiżdiedu l-imwiet kawża tat-temp, speċjalment dawk vulnerabbli u dawk ta’ 65 sena ’l fuq.
Hemm ċans li t-temperatura tikser rekord ġdid għar-Renju Unit din is-sena li s’issa laħqet it-32.2 gradi Celsius, temperatura rreġistrata fl-10 u fil-25 ta’ Ġunju li għaddew.
Parti mir-raġuni li r-Renju Unit qed tesperjenza temperaturi għoljin, hu minħabba ċ-ċiklun tropikali Franklin, li fforma fl-Atlantiku u kompla jamplifika l-pressjoni għolja.