Il-Ministru tal-Edukazzjoni Franċiż irrapporta li kważi 300 studenta lebsin l-abayas, twaqqfu fl-iskejjel rispettivi tagħhom minħabba liġi ġdida li tipprojbixxi tali ilbies tradizzjonali Musulman fl-iskejjel tal-gvern.
Il-biċċa l-kbira tat-tfajliet qablu li jbiddlu l-ilbies fuq il-post, iżda 67 oħra ntbagħtu d-dar. Dan l-ilbies ġie pprojbit il-ġimgħa li għaddiet bl-introduzzjoni ta’ liġi l-ġdida, li qed tiġi kkontestata minn grupp, li jirrappreżenta lill-komunità Musulmana.
Franza żżomm sekulariżmu strett fl-iskejjel u fil-bini tal-gvern, hekk kif jisħqu li dawn imorru kontra l-liġijiet reliġjużi tal-pajjiż. Filfatt il-hijab ilha pprojbita fl-iskejjel tal-Gvern mill-2004.
Il-projbizzjoni tal-hijab issegwi xhur ta’ dibattiti, li kkawżat firdiet politiċi kbar. L-istorja ta’ Franza u l-projbizzjonijiet ta’ sinjali reliġjużi saħansitra tmur lura għas-Seklu 19.