Qed jiġi rrapportat li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un, mistenni jivvjaġġa lejn ir-Russja dan ix-xahar għal laqgħa mal-President Russu, Vladimir Putin. Jingħad li l-għan tal-laqgħa jista’ jkun dwar il-possibbiltà li l-Korea ta’ Fuq tipprovdi armi fl-involviment tar-Russja fil-Gwerra fl-Ukrajna.
Dan l-iżvilupp isegwi dikjarazzjonijiet riċenti mill-White House, li jindikaw li jinsabu għaddejjin in-negozjati dwar l-armi bejn iż-żewġ pajjjiżi. Il-Ministru tad-Difiża Russu, Sergei Shoigu, allegatament ipperswada lil Pyongyang biex tipprovdi munizzjon lil pajjiżu waqt żjara riċenti li kellu fil-Korea ta’ Fuq.
L-aħħar laqgħa bejn Kim Jong Un u Vladimir Putin saret f’April tal-2019 fi Vladivostok, fejn il-President Russu kien saħaq dwar il-ħtieġa ta’ garanziji ta’ sigurtà fil-programm nukleari tal-Korea ta’ Fuq.