Dan wara li aktar kmieni l-Bank of Valletta informa lill-klijenti tiegħu li kien qed jesperjenza diffikultajiet tekniċi li għandhom impatt fuq il-pjattaformi diġitali tal-Bank, ċerti servizzi offruti mill-fergħat, servizzi ta’ depożitu permezz ta’ ATMs, bilanċi tal-kards kif ukoll l-ipproċessar ta’ pagamenti.
Filwaqt li l-Bank skuża ruħu għal kull inkonvinjent li din is-sitwazzjoni setat ħolqot, qal li aktar aġġornamenti se jingħataw permezz tas-sit elettroniku tal-Bank kif ukoll permezz tal-mezzi uffiċjali fuq il-midja soċjali.