Raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li sab xi materjal pirotekniku u ġarrab ġrieħi f’idejh u f’wiċċu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart tal-bieraħ filgħaxija fl-inħawi ta’ Delimara.
Il-Pulizija kienet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li ftit qabel ir-raġel kien iddaħħal l-isptar b’diversi ġrieħi. L-ewwel investigazzjonijiet wrew li l-vittma sab xi materjal pirotekniku li ħa.
Huwa ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi gravi filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.