Il-President Russu Vladimir Putin ma laħaqx qbil waqt laqgħa li kellu mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan, li qiegħed iservi ta’ medjatur fejn jidħol it-trasportazzjoni tal-qamħ.
Putin stqarr li mhux se jkun hemm ftehim dwar dan qabel mal-Punent jonora r-rikjesti tar-Russja fejn jidħol l-esportazzjoni ta’ ikel u fertilizzant Russu.
Dan il-ftehim, li ma kompliex jiġġedded f’Lulju, kien jagħmilha possibbli li l-Ukrajna tesporta l-qamħ mill-baħar l-iswed mingħajr xkiel.
Huma ltaqgħu f’Sochi, r-Russja fejn Erdogan irrimarka li din l-isfida qiegħda fuq fomm kulħadd u Putin ammetta li din kienet konsegwenza tal-gwerra fl-Ukrajna.