Bħalissa għaddejja azzjoni ta’ infurzar f’Albert Town fil-Marsa wara li daħal rapport li nġemgħu għexieren ta’ karozzi Y-plates.
Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post, jidher li sar rapport ta’ diversi karozzi li nġemgħu f’daqqa fil-Marsa li aktarx, kienu qed jaħdmu b’mod irregolari.
Fuq il-post irrikorrew uffiċjali ta’ Transport Malta li bdew bl-ispezzjonijiet, fejn instabu mill-inqas sitt karozzi bl-arloġġ ħażin u ġew imħarrka.
Hawnhekk intalbet ukoll l-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit minħabba l-ammont kbir ta’ karozzi li kien hemm fuq il-post.
Din il-ħidma tmur id f’id ma’ diversi spezzjonijiet u azzjonijiet oħra ta’ infurzar li qed isiru b’mod kontinwu biex jiġi rregolat dan is-settur, bħalma anki semma l-Prim Ministru Robert Abela nnifsu l-Ħadd filgħodu waqt intervista fuq ONE Radio, bil-għan li jitrażżan kull min irid jabbuża fis-settur.