Amerikana ta’ ħamsin sena tinsab f’kundizzjoni serja wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum bil-bajja ta’ Blue Lagoon f’Kemmuna.
It-talba għall-għajnuna lill-Pulizija daħlet għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Membri mill-Emergency Response and Rescue Corps tellgħu lill-mara fuq l-art u tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku fuq il-post.
Hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.