Mara ta’ tlieta u ħamsin sena minn San Ġwann ingħatat sentenza sospiża talli refgħet idejha fuq ħuha u laqtet lil ommha waqt argument li seħħ fid-dar tal-ġenituri fiż-Żejtun.
Fil-Qorti ġie spjegat li daħal rapport għand il-Pulizija mingħand raġel, li qal li nqala’ argument familjari bejn il-ġenituri tiegħu.
Huwa qal li sema’ lil missieru jċempel lil oħtu u jgħidilha li kien qed isawtu. Imbagħad l-imputata marret fir-residenza fejn sawtet lil ħuha, u laqtet lill-omm.
L-akkużata qalet lill-Pulizija li kienet qed tiddefendi lil missierha.
Il-mara ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha u ġiet ikkundannata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.