Il-fondazzjoni tal-Premju Nobel biddlet id-deċiżjoni tagħha wara li stiednet lill-ambaxxaturi Russi, Belarussi u l-Iran għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju.
Fi stqarrija, il-fondazzjoni ħabbret li l-ambaxxaturi mit-tliet pajjiżi mhux se jkunu mistiedna, minkejja li fil-bidu l-fondazzjoni riedet tinvolvi anke lil dawk li ma jaqsmux “il-valuri tal-Premju Nobel”.
L-avveniment isir kull sena Stokkolma fl-10 ta’ Diċembru, fejn ħamsa minn sitt premji nobel jiġu mgħotija. Intant il-premju Nobel tal-paċi jiġi ppremjat f’Oslo, in-Norveġja.