Olandiż ta’ 68 sena, twaqqaf mill-kontrolli tas-sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif instab fil-pussess ta’ tajr ibbalzmat.
Il-Pulizija, bl-assistenza ta’ Uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kif ukoll dawk tad-Dwana spezzjonaw kaxxa li kien qed iġorr ir-raġel suspettat li allegatement huwa involut f’negozju illegali internazzjonali.
Minn tfittxija li saret fil-kaxxa rriżulta li fiha kien hemm 15-il tajra ta’ speċi varji li kienu se jiġu esportati mingħajr il-permessi neċessarji.
13-il tajra minnhom, ta’ speċi differenti, igawdu protezzjoni għolja taħt il-Liġi Internazzjonali.
Ir-raġel tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt fejn wieġeb mhux ħati u nżamm taħt arrest.
Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin