Nhar it-Tnejn, 4 ta’ Settembru fin-Naxxar, se jilħqu l-qofol tagħhom iċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja tan-Naxxar.
Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew b’marċ brijuż mill-Banda Vittorja fit-8:00 ta’ filgħaxija, li jilħaq il-milja tiegħu fil-pjazza għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħaxija.
Wara l-marċ ser jintwera filmat magħmul għal din l-okkażjoni, dwar il-ħidma ta’ dawn iż-żgħażagħ.
Dan se jiġi segwit minn ħruq ta’ nar tal-art tradizzjonali, bis-serata tispiċċa bis-sitt edizzjoni ta’ xow kbir tan-nar u dawl sinkronizzati mal-mużika, bl-isem ta’ “The Victory Pyro Musical Show”.