Ħalla din id-dinja Mohamed Al Fayed, fl-għomor ta’ 94 sena, il-fundatur tan-negozju lussuż, Harrods, f’Londra.
Huwa wkoll missier Dodi Al Fayed, li kien inqatel flimkien mal-Prinċipessa Diana, f’inċident tat-traffiku f’Pariġi, fl-1997.
Imwieled fl-Eġittu, huwa emigra lejn Londra fl-1970.
Għal snin sħaħ, huwa għarbel dwar x’seta’ wassal għal mewt ta’ ibnu u l-Prinċipessa Diana, filwaqt li kien qal li dan l-inċident traġiku, jista’ jkun li ma kien inċident xejn, iżda kien orkestrat.
Huwa kien ukoll fit-tmun tal-klabb tal-futbol Fulham, f’Londra.
L-aħbar tal-mewt ta’ Al Fayed, ħarġet ġurnata wara s-26 anniversarju mill-mewt ta’ ibnu.
Il-familja tiegħu qalu li hu għex ħajja twila, flimkien ma’ dawk għal qalbu.