Ġojjell, bżonnjuż u pulmun aħdar.
Kien dan is-sentiment ta’ diversi Bormliżi u nies mill-Kottonera b’rabta mal-ispazju miftuħ b’medda ta’ tliet elef metru kwadru, li se jservi biex jagħti nifs lin-nies taż-żona u spazju nadif fejn iqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ.
L-ispazju, li kien ilu snin mitluq u użat biss bħala parkeġġ, kien saħansitra destinat li jiġi żviluppat, li kieku ma kienx għall-intervent f’waqtu mill-Gvern Laburista. Dan issa se jiġi kkonvertit fi ġnien u spazju miftuħa mdawra bi struttura tipika Maltija u żewġ sulari ta’ parkeġġ taħt l-art li jesa’ aktar vetturi minn dak disponibbli llum il-ġurnata.
Tkellimna proprju man-nies ta’ din il-lokalità, fejn bosta qalulna kif dan se jtejjeb il-ħajja tagħhom ta’ kuljum, differenti mill-istat ta’ telqa li ż-żona tinsab fiha.
“Ikollna aktar fejn immorru u nistrieħu.”
“Ġojjell.”
“Ħa jgawdu minnu t-Tliet Ibliet. Meta jsiru affarijiet hekk, jien nieħu pjaċir, fi kwalunkwe lokalità, b’mod speċjali l-Kottonera.”
“Sabiħ. Ġnien tieħu pjaċir bih. Tmur bil-qiegħda naqra.”
“Bżonnjuż ħafna, kemm ilhom li rranġawlna hawnhekk, qed jiġu ħafna turisti, u kulħadd qed jifraħ bil-proġett li qed isir f’Bormla.
“Għandna bżonn u hawn fejn jagħmlu iżjed.”
“Jien Bormliż ukoll, tajjeb. Ma tistax tmaqdru u jien in-natura nħobbha ħafna.”
Ġie rrimarkat kif dan mhux biss se jħaddar il-Kottonera, iżda se jgħin ukoll biex itaffi l-problema tal-parkeġġ.
Oħrajn innotaw kif issa n-Nofsinhar ta’ pajjiżna qed jiggwadanja minn post ieħor ta’ rikreazzjoni.
Minbarra hekk, it-turisti li jżuru pajjiżna issa għandhom attrazzjoni oħra wkoll xi jżuru.
Ġie rrimarkat kif dan mhux biss se jħaddar il-Kottonera, iżda se jgħin ukoll biex itaffi l-problema tal-parkeġġ u jagħti imbottatura żejda lill-ekonomija tal-post.
“Sabiħ, sabiħ. U jkun hemm parkeġġ taħt l-art, anke min jiġi x-xatt tal-Isla, hemm dawk ir-restoranti kollha, ikun hemm fejn jipparkjaw hux?”
“Il-proġett naħseb se jkun tajjeb għan-nies, speċjalment meta jagħmlu parking għar-residenti, naħseb Bormla ħa tieħu nifs aħjar.”
Xi wħud ukoll fakkru kif kien il-post fil-passat, waqt li faħħru d-disinn bi ħsieb li qed jiġi propost issa minn Project Green.
“Kont naħdem id-dockyard jien, hemm konna nipparkjaw il-karozzi. Imma issa, jekk isir proġett, isir aħjar għal kulħadd.”
“Illum hawn ħafna barranin ifittxu ’l hawn, qabel lejn il-Kottonera ħadd ma kien ikun irid jiġi, illum inbidlet il-folja, kulħadd irid jiġi ’l hawnhekk.”
“Hemmhekk niftakar kienet berġa jien, fiż-żmien. WHITEFLASH Bħala disinn, jogħġobni għax hemm spazju fejn tista’ tirrikrea ruħek.”
“Sabiħ jiġi hux, aħjar mill-karozzi li hemm, bulì ġej.”
“Ifhimni d-disinn rajtu jien, veru ġej sabiħ. Nispera li n-nies jibżgħu għalih.”
Kien hemm min irrefera għal-laqgħat ta’ konsultazzjoni, li ġew organizzati u li wasslu għal titjib fil-proġett propost.
“Meta kien hemm il-laqgħa ta’ qabel, mort jien. Veru sabiħ u Bormla għandna bżonn xi ħaġa hekk.”