Filwaqt li kien għaddej l-ewwel dibattitu bejn il-kandidati Repubblikani għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2024, l-ex president, Donald Trump għażel li minflok jattendi għal dan id-dibattitu jgħamel intervista flimkien mal-ġurnalist Tucker Carlson.
Carlson li ġie mkeċċi mil-stazzjon FOX aktar kmieni din is-sena issa qed ixandar diversi intervisti fuq il-pjattaforma soċjali Twitter .
Wara diversi intervisti kontroversjali fosthom mal-aħwa Tate u Elon Musk, issa kien imiss il-kandidat fuq-quddiem tat-tellieqa għan-nomina Repubblikana, Donald Trump. Huwa tkellem fl-sfond tad-diversi investigazzjonijiet u akkużi serji li qed isiru kontrih u saħaq li dawn huma biss persekuzzjoni politika kontriħa.
Fuq Twitter biss l-intervista, twila tliet kwarti kisbet sa issa l-fuq minn 260 miljun view u Trump iddiskreviha bħala l-aktar intervista u filmat segwit fl-storja.