Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Luqa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li aċċidentalment waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu għal ġo bitħa ta’ residenza oħra.
L-inċident seħħ għal xi s-sitta u kwart ta’ dalgħodu fi Triq San Ġorġ, Ħal Luqa.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Kevan Azzopardi ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.