Anzjan ta’ 72 sena inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li abbuża sesswalment lin-neputija tiegħu, li kellha 15-il sena, ħames snin ilu.
Ir-raġel, li huwa eks kowċ u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, qed jiġi mixli b’akkużi ta’ abbuż sesswali u mingħajr kunsens u fastidju.
Intqal li l-abbuż kienu ilu għaddej għal xi żmien, sakemm it-tifla fetħet qalbha ma’ counsellor.
Fil-fatt, hija esprimiet ukoll il-ħsieb li twettaq suwiċidju.
L-investigazzjonijiet bdew wara li sar rapport mal-Pulizija.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest, sabet oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni, hekk kif il-vittma għad trid tixhed, u l-proċeduri għadhom fi stadju bikri.
Iben l-akkużat, kien barra l-Awla, u xtaq jixhed, bit-tama li jinħeles missieri mill-arrest.
Intant, l-imputat qatt ma xellef difru mal-ġustizzja.
Id-difiża tmexxiet mill-Avukati Matthew Vella u Josè Herrera.