Birkirkara St Joseph Sports ospitat l-aħħar tiġrija tal-Kampjonati tal-Għawm Open Water Garmin BSJ 2023 nhar l-Erbgħa 23 ta’ Awwissu fis-Salina.
L-aħħar tiġrija tal-kampjonat kienet tikkonsisti f’korsa ta’ 4km. Il-kundizzjonijiet tal-baħar kienu ferm inqas ta’ sfida mit-tiġrijiet preċedenti, madankollu t-tul tal-korsa kien id-doppju tad-distanza normalment koperta f’dawn il-kampjonati.
Ma kien hemm l-ebda sorpriża fir-riżultati ġenerali b’Luca Vella u Amy Micallef jirbħu t-titlu għal din is-sena.
Luca Vella kompla juri l-ħila tiegħu meta ħa t-tmexxija mill-bidu nett. Minkejja dan, Sam Camilleri li kien jinsab warajħ żamm distakk qasir bejnu u Vella. Camilleri ta wkoll rendikont tajjeb tiegħu tul il-Kampjonati, b’mod regolari jidher fuq il-podju tar-rebbieħa. Fit-tielet post kien Gabriel Camilleri. Fil-klassifika ġenerali, Mark Sponnek ingħaqad ma Vella u Camilleri fuq il-podju, meta hu spiċċa fit-tielet post.
Fil-kategorija tan-nisa, it-tiġrija ta’ 4km intrebħet minn Nirvana Micallef li għaddiet liċ-Ċampjin ta’ din is-sena, Amy Micallef, b’sekonda waħda biss. Fit-tielet post kienet Martina Micallef, li spiċċat fit-tieni post fil-klassifika ġenerali. Fil-podju tal-klassifika ġenerali, Amy Micallef u Martina Micallef ingħaqdu ma’ Lara Meli fejn din tal-aħħar kisbet it-tielet post.
“Il-Club jinsab sodisfatt bis-sħiħ bl-eżitu tal-Kampjonati ta’ din is-sena. Huwa sinifikanti li l-Assoċjazzjoni tal-iSport Akwatiku ta’ Malta kompliet tappoġġja dawn il-Kampjonati, u tagħrafhom bħala Kampjonati Nazzjonali uffiċjali għall-għawm open water” ikkummenta Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St Joseph Sports Club. “Din is-sena rat il-Club jospita tiġrijiet f’diversi postijiet madwar Malta. Din l-iniżjattiva ntlaqgħet tajjeb mill-għawwiema”.
Immedjatament wara t-tellieqa ġew ippreżentati trofej u medalji lir-rebbieħa tat-tiġrija u l-klassifika ġenerali mill-President tal-Klabb is-Sur Ray Grech, li apparti li feraħ lir-rebbieħa wera wkoll il-gratitudni tiegħu lejn Garmin Malta għall-appoġġ kontinwu tagħhom kif ukoll lid-diversi kunsilli lokali fejn saru l-avvenimenti u li offrew l-appoġġ tagħhom.
Il-Club issa se jiffoka l-attenzjoni tiegħu lejn l-kompetiżżjonijiet tal-għawm fil-fliegu, il-Garmin BSJ Malta – Gozo – Malta u Garmin Gozo – Malta Channel Swims, li se jsiru nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru.
Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir online permezz ta’ dawn il-links