Ingħata t-tarmak Triq Dminka fir-Rabat Għawdex u se tkun qed tinfetaħ mill-ġdid wara xogħlijiet li saru biex terġa’ tinbena mill-ġdid, b’servizzi aħjar u moderni.
Permezz ta’ dan il-proġett mill-Ministeru għal Għawdex, se tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ bosta residenti li jgħixu fil-madwar u dawk li jgħaddu ta’ kuljum minn din it-triq ewlenija.
Fost ix-xogħlijiet, li saru fi Triq Dminka, kien hemm tibdil tal-mejn tas-servizz tal-ilma u dak tad-drenaġġ, filwaqt li saru għall-ewwel darba storm water culverts biex ġiet riżolta l-problema ta’ għargħar f’din it-triq fiċ-ċentru tar-Rabat.
Dan il-proġett jimxi id f’id mal-ħidma li qed titwettaq mill-Gvern Laburista f’Għawdex biex ikompli jibni mill-ġdid u jirranġa bosta toroq fil-gżira, flimkien mas-servizzi li jgħaddu minn taħthom.
Filmat ta’ Joseph Mercieca: