In-nirien kbar fil-Grigal tal-Greċja huma l-akbar li qatt ġew irreġistrati fl-Unjoni Ewropea.
Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea qal li n-nirien fir-reġjuni ta’ Alexandroupolis u Evos huma l-akbar nirien li qatt ġew irreġistrati fl-Unjoni Ewropea, fejn hawnhekk qed tintbagħat l-għajnuna kkordinata mill-istess Kummissjoni.
Dan hekk kif fil-Greċja ntbagħtu 12-il ajruplan, flimkien ma’ aktar minn 400 pumpier tat-tifi tan-nar u 60 vettura biex jgħinu biex jiġu kkontrollati dawn in-nirien qawwija.
Dawn in-nirien ħallew il-ħajja ta’ madwar għoxrin persuna, bi 18-il persuna minnhom huma migranti.
L-awtoritajiet Griegi qed jinvestigaw il-kawża kif tkebbsu dawn in-nirien, li waslu biex eluf jiġu evakwati.
F’dan is-sajf, minħabba t-temp estrem li kellna f’Lulju, il-Greċja kienet ukoll maħkuma min-nirien, fejn anki ntbagħtu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu.