It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-sittax-il sena għamel rebħa kbira f’tournament tal-UEFA, dan hekk kif rebaħ b’ 4-0 fuq it-tim ta’ Ġibilta.
Biex issa Malta kisbet it-tieni post b’total ta’ sitt punti, jiġifieri b’distakk ta’ punt wieħed inqas biss bejn Malta u Andorra hekk kif fil-partita tagħhom fil-Luxol stadium spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Armenja. Determinati mit-telfa ta’ 2-0 kontra Andorra, iż-żgħażagħ Maltin kienu meritati li jirbħu kontra Ġibilta wara partita mill-isbaħ.
Fetaħ l-iskor il-plejer Paul Mbong fis-27 minuta mit-tarf tal-kaxxa. Bit-tieni gowl ikun dak tal-attakant Russel Vella wara li approfitta minn żball tad-difensur ta’ Ġibilta. It-tieni taqsima tal-logħba kienet waħda aktar bilanċjata, biss tliet minuti qabel intemmet il-partita, l-Maltin kisbu penalty fejn Shaun Dimech ma żbaljax.
Biex b’hekk il-plejers Maltin għamluna kburin.
Il-plejers li lagħbu f’din il-partita kienu:
Andrè Spiteri, Ethan Letheridge, Andreas Vella, Carlo Zammit Lonardelli, Matthew Portelli, Bradley Sciberras, Sheldon Pisani, Sebastian Grech, Paul Mbong, Clyde Bouvet, Russel Vella.
Substitutes: Amara Sylla, Jake Ghio, Shaun Cassar, Liam McKay, Shaun Dimech, Ryan Tonna, Jamie Sixsmith, Alexander Satariano, Christian Gauci.