Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofshinar il-Pulizija se tressaq tliet persuni l-Qorti b’rabta mal-hold-up f’ħanut tal-ġojjelerija fiż-Żurieq u li ħalla raġel mill-Fgura ta’ 67 sena jissielet għal ħajtu.
Kien ONE NEWS li lbieraħ żvela kif Donna Borg Sciberras ta’ 29 sena hi waħda mill-akkużati li ġew arrestati. L-identità tal-oħrajn għadha mhix magħrufa.
Kien dan l-istazzjon ukoll li żvela kif ilbieraħ il-Pulizija sabet id-deheb u l-flus li nsterqu.
L-allegati ħallelin kienu qed jistaħbew f’binja abbandunata f’Tas-Sliema.
Huma se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.