F’pass sinifikanti lejn it-titjib tas-servizz tagħha lill-pubbliku, Transport Malta tħabbar li qed torganizza programm ta’ taħriġ komprensiv bil-għan li tgħammar lill-Uffiċjali tal-Infurzar tagħha bil-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex jipprovdu servizz ta’ kwalità lil dawk li jagħmlu użu mit-toroq tagħna.
Din l-inizjattiva tenfasizza l-impenn ta’ Transport Malta li tiżgura sistema ta’ trasport sigura u effiċjenti filwaqt li trawwem esperjenza pożittiva għall-pubbliku.
Il-programm ta’ taħriġ se jinkludi sessjonijiet kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi, iddisinjati biex jagħtu s-setgħa lill-Uffiċjali tal-Infurzar b’fehim profond tar-regolamenti, l-eċċellenza tas-servizz tal-konsumatur, u komunikazzjoni effettiva.
It-taħriġ teoretiku se jkopri oqfsa legali, politiki tattrasport, u situational awareness, filwaqt li s-sessjonijiet prattiċi se jinvolvu xenarji reali biex luffiċjali jiżviluppaw ħiliet prattiċi u abbiltajiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet malajr.
Is-Sur Patrick Pollacco, Direttur għall-Infurzar fi ħdan Transport Malta, esprima l-entużjażmu tiegħu għas-sessjonijiet ta’ taħriġ, u stqarr, “Dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ huma pass importanti lejn it-titjib tal-kapaċitajiet tal-Uffiċjali tal-Infurzar tagħna biex jaqdu aħjar lil min jagħmel użu mit-toroq tagħna.
Mgħammra b’għarfien komprensiv ta’ liġijiet tat-trasport u ħiliet interpersonali, l-uffiċjali tagħna jkunu ppreparati aħjar biex jiżguraw operazzjonijiet bla xkiel, jinfurzaw ir-regolamenti b’mod ġust, u jassistu lill-pubbliku b’mod effettiv.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, is-Sur Jonathan Borg, enfasizza l-importanza ta’ uffiċjali talinfurzar imħarrġa sew biex jagħtu servizz mill-aqwa lill-pubbliku.
Huwa stqarr, “Aħna nirrikonoxxu li l-Uffiċjali tal-Infurzar tagħna huma fuq quddiem, li jirrappreżentaw lil Transport Malta lill-pubbliku kuljum.
Il-professjonalità, l-għarfien, u l-kapaċità tagħhom li jinteraġixxu b’mod pożittiv ma’ dawk li jivvjaġġaw għandhom impatt dirett fuq l-esperjenza ġenerali tagħna fit-trasport.
Din l-inizjattiva ta’ taħriġ tirrifletti d-dedikazzjoni tagħna. biex trawwem kultura ta’ eċċellenza u titjib kontinwu fis-servizzi li nipprovdu.”
Il-programm ta’ taħriġ, li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Korp tal-Pulizija, l-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Dipartiment tas-saħħa, huwa mistenni li jagħti s-setgħa lill-Uffiċjali tal-Infurzar biex jittrattaw firxa wiesgħa ta’ sitwazzjonijiet b’kunfidenza, u jikkontribwixxi għal ambjent ta’ trasport aktar sikur u pjaċevoli għal dawk kollha li jivvjaġġaw.